Tim ta’ professjonisti se jkun qed jieħu ħsiebek. It-tim jikkonsisti minn konsulenti tal-onkoloġija u tobba, infermiera, Practice nurses, persuni li jgħinu fil-paramediċina, ħaddiema fir-reception, spiżjara, u mis-servizzi ta’ appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali u psikologi).
Service Type: Departments2
Outpatients
L-Outpatients tal-onkoloġija hu maħsub għal pazjenti adulti u tfal kollha li għandhom kanċer, jiġifieri ematoloġija u onkoloġija. Tim ta’ professjonisti tas-saħħa se jieħu ħsiebek waqt li tkun qed iżżur l-Outpatients tal-onkoloġija. L-appuntament tiegħek
Radjoterapija
It-trattament tar-radjoterapija jingħata fid-dipartiment tar-radjoterapija bħala serje ta’ sessjonijiet qosra ta’ kuljum. Kull trattament jieħu 10-15-il minuta. It-trattament normalment jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa bi mistrieħ fi tmiem il-ġimgħa, għal tul ta’ 3-7 ġimgħat skont l-individwu.
It-Teħid tad-Demm
Il-pazjenti jattendu l-klinika meta jkollhom bżonn jagħmlu investigazzjonijiet tad-demm. Il-Flebotomisti joffru s-servizz lill-pazjenti tas-swali u outpatients.