• Il-viżitaturi huma limitati għal żewġ persuni ħdejn il-pazjent matul il-ħinijiet tad-dħul.
Persuni li għandhom riħ u infezzjonijiet m’għandhomx jidħlu fis-sala tal-Ematoloġija.
It-tfal m’għandhomx permess jidħlu fis-sala.
Iż-żjarat barra l-ħinijiet tad-dħul huwa limitat għal persuna waħda biss u huwa permess biss fid-diskrezzjoni tal-infermier responsabbli.
Numri ta’ kuntatt
25452330/1
Fejn hi s-Sala tal-Ematoloġija fiċ-Ċentru?
Is-Sala tal-Ematoloġija tinsab fis-sular 0.
Min jiġi kkurat f’din is-sala?
Il-pazjenti li jkunu kkurati fis-Sala tal-Ematoloġija jbatu minn kundizzjonijiet emato-onkoloġiċi (kanċer fid-demm).
Min se jieħu ħsiebi?
Tim ta’ professjonisti se jkun qed jieħu ħsiebek. It-tim jikkonsisti minn konsulenti tal-ematoloġija u tobba, infermiera, Practice Nurse fl-Ematologija , persuni li jgħinu fil-paramediċina u mis-servizzi ta’ appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali u psikologi).
X’għandi nġib miegħi?
Kwalunkwe dokumenti mediċi rilevanti u kwalunkwe mediċina li tkun qiegħed tieħu d-dar għandhom jinġiebu meta tkun se tidħol fis-sala. Gib miegħek il-ħtiġijiet li hemm bżonn għall-iġene personali, ilbies komdu għall-irqad, tazza jew kikkra għax-xorb, ilma u xi ikel ħafif li ma jkollux għalfejn jinżamm imkessaħ.
Ħin tal-Ikel
Kolazzjon: 7.30-8.00 Ikla ta’ Nofsinhar: 11.30-12.30 Ikla ta’ Filgħaxija: 17.30-18.30
Importanti
Minħabba n-natura tat-trattament, il-pazjent isir dgħajjef biex jirreżisti l-infezzjonijiet. Għalhekk, il-miżuri ta’ kontroll tal-infezzjonijiet għandhom jiġu osservati b’mod strett.
Jekk jogħġbok aqra n-notifiki fis-sala dwar il-kontroll tal-infezzjonijiet u segwi l-istruzzjonijiet kif xieraq.