It-trattament tar-radjoterapija jingħata fid-dipartiment tar-radjoterapija bħala serje ta’ sessjonijiet qosra ta’ kuljum. Kull trattament jieħu 10-15-il minuta. It-trattament normalment jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa bi mistrieħ fi tmiem il-ġimgħa, għal tul ta’ 3-7 ġimgħat skont l-individwu.