Ħinijiet tad-Dħul tal-Viżitaturi

Mit-Tnejn sal-Ħadd
10.00 – 11.30
15.00 – 20.00

Hija fid-diskrezzjoni tal-infermier responsabbli li jippermetti qraba u ħbieb barra l-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi. Qarib wieħed għandu l-permess li jgħaddi l-lejl mal-pazjent jekk ikun meħtieġ.

Numri ta’ kuntatt

25452340/1

Fejn hi s-Sala tal-Kura Paljattiva fiċ-Ċentru?

Is-sala tal-Kura Paljattiva tinsab fis-sular 0.
Min jiġi kkurat f’din is-sala?
Is-sala tal-Kura Paljattiva hi sala għal pazjenti adulti li jeħtieġu kura paljattiva. Is-sala hi impenjata li ttejjeb il-kumdità u l-kwalità tal-ħajja permezz ta’ tim magħmul minn ħaddiema imħarrġa professjonalment.

Min se jieħu ħsiebi?

Tim ta’ professjonisti se jkun qed jieħu ħsiebek. It-tim jikkonsisti minn konsulenta tal-Kura Paljattiva u tobba, infermiera, persuni li jgħinu fil-paramediċina, u mis-servizzi ta’ appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali u psikologi). Kura spiritwali tingħata minn Kappillan.

X’għandi nġib miegħi?

Ġentilment ġib miegħek il-mediċina li tkun qed tieħu biex ikun jista’ jaraha t-tabib tas-sala. Għandu mnejn li l-qraba li jakkumpanjawk jintalbu biex jieħdu magħhom id-dar dawk il-mediċini li ma jkunux meħtieġa. L-ebda mediċina m’għandha tinżamm minnek. Waqt li tkun l-isptar se jkollok bżonn prodotti iġeniċi, ħwejjeġ għal filgħodu u filgħaxija u żarbun sikur.

Ħin tal-Ikel

Kolazzjon: 7.30-8.00
Ikla ta’ Nofsinhar: 11.30-12.30
Ikla ta’ Filgħaxija: 17.30-18.30

Il-professjonisti ser jiddiskutu miegħek jekk ikollokx bżonn xi dieta speċjali.

Kamra ta’ Riflessjoni

Kamra ta’ riflessjoni tinsab fis-Sala tal-Kura Paljattiva fis-sular 0. Dan jipprovdi spazju għall dawk li jinsabu fis-Sala tal-Kura Paljattiva li għandhom twemmin reliġjuż differenti, biex ikunu jistgħu jqattgħu ħin fil-kontemplazzjoni jew talb.