Ħinijiet tad-Dħul tal-Viżitaturi

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11.30 – 13.00
15.00 – 20.00

Ħdud u Festi Pubbliċi

Huwa rakkomandat li tagħmel kuntatt mas-sala jekk ikun hemm xi tfal li jixtiequ jżuru qraba.

Numri ta’ kuntatt

Sala tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 – 25452400/1
Sala tal-Onkoloġija għall-Adulti 2 – 25452390/1

Fejn huma s-Swali tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 u 2 fiċ-Ċentru?

Is-Sala tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 u 2 jinsabu fl-ewwel Sular.

Min jiġi kkurat f’dawn is-swali?

Is-Swali tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 j ipprovdu kura lill-pazjenti adulti. Pazjenti li jiddaħħlu f ’din is-sala jeħtieġu l-għoti ta’ kura (kimoterapija/ immunoterapija/ targeted therapy), radjuterapija, kontroll tas-sintomi, trasfużjonijiet tad-demm u kura paljattiva.

Min se jieħu ħsiebi?

Tim ta’ professjonisti se jkun qed jieħu ħsiebek. It-tim jikkonsisti minn konsulenti tal-onkoloġija u tobba, infermiera, Practice nurses, persuni li jgħinu fil-paramediċina u mis-servizzi ta’ appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali u psikologi).

X’għandi nġib miegħi?

  • Lista ta’ mediċini li qed tieħu bħalissa u l-medikazzjonijiet (jekk ikollok)
  • Kwalunkwe permess speċjali għal mediċini speċjali (Karta s-Safra/Karta l-Bajda)
  •  Kwalunkwe nota medika (eż. ittra ta’ rilaxx mill-isptar)
  • Karta tal-identità
  • Dokumenti dwar id-dritt għal kura medika (jekk int barrani)
  • Oġġetti personali oħra bħal prodotti iġeniċi, xarbiet, ħwejjeġ ta’ taħt, ilbies tal-isptar u kwalunkwe oġġett personali.

Ħin tal-Ikel

Kolazzjon: 7.30-8.00
Ikla ta’ Nofsinhar: 11.30-12.30
Ikla ta’ Filgħaxija: 17.30-18.30

Il-professjonisti ser jiddiskutu miegħek jekk ikollokx bżonn xi dieta speċjali.