Jekk jogħġbok kun żgur li tattendi għall-appuntament tiegħek fid-data u l-ħin indikati fuq il-karta jew l-ittra tal-appuntament tal-isptar. Għalkemm isir kull sforz biex il-pazjenti jinqdew fil-ħin, kultant jista’ jkun hemm dewmien minħabba ċirkostanzi mhux previsti jew prijoritajiet kliniċi.
Jekk ma tistax tattendi għall-appuntament tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-dipartiment jew lis-sala rilevanti mill-aktar fis possibbli sabiex tkun tista’ tiġi rranġata data oħra.
Għal informazzjoni dwar appuntamenti għall-pazjenti barra (outpatients) fl-Onkoloġija u l-Ematoloġija, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Dipartiment tal-Outpatients fuq 2545 2410/1. Id-Dipartiment tal-Outpatients tal-Onkoloġija jinsab fil-Livell 1 u jipprovdi servizzi lil pazjenti adulti u pedjatriċi b’kundizzjonijiet onkoloġiċi u emato-onkoloġiċi.