Practice Nurse fil-Kimoterapija

Numri ta’ kuntatt

25452486/79000495

Liema servizz huwa offrut mill-Practice nurse fil-kimoterapija?

Il-Practice Nurse fil-kimoterapija se tkun qed tiltaqgħa miegħek u mal-familja tiegħek fl-ewwel fażijiet tat-trattament bil-kimoterapija. Hija se tkomplu tkun il-punt ta’ kuntatt matul din il-fażi tal-kura tiegħek.

  • Jiġi offrut:
    Tagħrif dwar it-trattament
  • Tagħrif dwar l-effetti sekondarji tal-kimoterapija u kif tista tkampa magħhom aħjar
  • Li insegwuk u nagħtuk l-pariri mehtieġa matul it-trattament tiegħek tal-kimoterapija
  • Appoġġ emozzjonali
  • Linja ta ’kuntatt diretta għal-linja ta’ appoġġ tal-kimoterapija
  • Kuntatt ma’ membri oħra tat-tim fi ħdan iċ-Ċentru. Dawn jinkludu:
    • Aurora Suppoer Service
    • Practice/Focal nurses oħra
    • Servizzi ta’ Appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, psikologi, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali)
    • Professjonisti oħra
    • Kollaborazzjoni ma’ NGOs oħra u servizzi fil-komunita’ bħal; Servizzi tal-Kura Primarja, Commcare, Hospice Malta u il-Pjattaforma Nazzjonali tal-kanċer

Min jista’ juża s-servizz?

Il-pazjenti tal-onkoloġija kollha li jkunu qed jirċievu l-kimoterapija jistgħu jużaw is-servizz, b’mod speċjali dawk il-pazjenti li qatt ma jkunu rċivew il-kimoterapija qabel.

Kif tista’ tiġi riferut għall-Focal nurses?

Inti ser tiġi riferut mill-Onkoloġista tiegħek wara l-konsultazzjoni inizjali tiegħek. Madankollu, il-professjonisti kollha tal-kura tas-saħħa jistgħu jirreferuk jekk ikun hemm bżonn. Il-Practice Nurse fil-kimoterapija se ċċempillek jew tiltaqa’ miegħek qabel tibda t-trattament tiegħek. Tista’ wkoll tħossok liberu li tikkuntattja lill-Practice Nurse fuq talba tiegħek stess.