Ħinijiet tal-Klinika
Mit-Tnejn sal-Ħadd: 07.30 – 15.30
Numru ta’ Kuntatt – 25452565/2372
Fejn hi l-klinika tat-Teħid tad-demm fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija?
Il-klinika tat-Teħid tad-demm tinsab fil-Livell 0.
Kif topera il-klinika tat-Teħid tad-demm?
Il-pazjenti jattendu l-klinika meta jkollhom bżonn jagħmlu investigazzjonijiet tad-demm. Il-Flebotomisti joffru s-servizz lill-pazjenti tas-swali u outpatients.
L-appuntament tiegħek — Il-pazjenti kollha li jeħtieġu servizzi tat-Teħid tad-demm għandhom jorganizzaw appuntament permezz tat-telefon jew direttament mil-klinika tat-Teħid tad-demm.
Servizzi ta’ outpatients — Il-pazjenti outpatients jiġu riferuti għall-klinika tat- Teħid tad-demm mit-tabib tas-sala tagħhom jew mill-Konsulent. Normalment it-talbiet isiru b’mod elettroniku bi ftit eċċezzjonijiet fuq formola. Il-flebotomista jiċċekkja r-rekord tiegħek għal talbiet onlajn u jiġġenera ‘bare code’ qabel joħodlok d demm. Jekk tingħata formola għal testijiet tad-demm oħra, huwa importanti li tippreżentaha lill-Plebotomist qabel joħodlok d demm.
Ser tingħata appuntament skont id-data mogħtija mit-tabib jew mill-Konsulent. Huwa importanti ħafna li tieħu miegħek il-Karta tal-Identità ta’ Malta jew xi forma ta’ identifikazzjoni uffiċjali.
X’għandi nġib miegħi għall-appuntament?