Il-Missjoni Tagħna

It-tim tagħna ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa huwa impenjat li jagħti kura bbażata fuq l-evidenza permezz ta’ tim kollaborattiv multidixxiplinarju u ta’ kapaċità kbira, bil-għan li jipprovdi kura ta’ kompassjoni b’integrità, responsabbiltà u sostenibbiltà.​

Il-Viżjoni Tagħna

Ċentru ta’ onkoloġija ta’ eċċellenza li jipprovdi kura innovattiva u ta’ kwalità għolja lill-pazjenti u lil dawk li jieħdu ħsiebhom b’mod ħolistiku u individwalizzat.