Is-Servizzi Tagħna

Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) jipprovdi kura u trattament speċjalizzat għall-kanċer lill-pazjenti f’Malta. Iċ-Ċentru joffri firxa ta’ servizzi onkoloġiċi u emato-onkoloġiċi, inklużi trattamenti sistemiċi kontra l-kanċer (SACT), kimoterapija u trattamenti oħra preskritti mill-ispeċjalista tal-pazjent.

It-trattament jingħata minn tim multidixxiplinarju ta’ tobba speċjalisti, infermiera u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa, biex jiġi żgurat li l-pazjenti jirċievu kura sigura, koordinata u personalizzata matul il-perjodu kollu tat-trattament tagħhom.

Lista ta’ Servizzi fi ħdan SAMOC:

  • Onkoloġija u Ematoloġija Klinika
  • Kliniċi għall-pazjenti mhux rikoverati
  • Kura għall-pazjenti rikoverati
  • Outreach care
  • Kimoterapija, immunoterapija u terapija mmirata
  • Il-ġestjoni tal-uġigħ
  • Trasfużjonijiet tad-demm
  • Radjoterapija
  • Brakiterapija (fi ftit xhur oħra)
  • Onkoloġija Pedjatrika
  • Kura Paljattiva
  • Fiżjoterapija
  • Occupational therapy
  • Dietetika
  • Terapija tal-Lingwa u t-Taħdit
  • Therapy
  • Psikoloġija
  • Is-sopravivenza