Terapija Okkupazzjonali

Ħinijiet tal-Klinika

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
8.00 – 14.00

Is-Sibt
8.00 – 11.00

Numru ta’ Kuntatt

25452314/7

X’inhi t-Terapija Okkupazzjonali (OT)?

It-terapija okkupazzjonali tindirizza l-kwalità tal-ħajja tal-individwu, billi tiffoka fuq il-bżonnijiet fiżiċi, sensorji, konjittivi u psikosoċjali. L-għan aħħari huwa li jgħin lill-persuna tikseb indipendenza funzjonali filwaqt li tkun komda u produttiva f’ambjenti differenti.

Liema servizzi huma offruti mid-dipartiment tal-OT?

Occupational Therapists fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) isegwu klijenti ta’ kull età matul b’diffikultajiet funzjonali li jirriżultaw mid-dijanjosi jew mit-trattament tal-onkoloġija. Is-servizzi ta’ terapija okkupazzjonali huma pprovduti fis-swali kollha tas-SAMOC kif ukoll lill-outpatients fis-Servizzi ta’ Appoġġ Kliniku. Jistgħu jsiru wkoll żjarat fid-dar, fl-iskola jew fuq ix-xogħol biex jiġi assesjat l-ambjent u jiġi rrakkomandat kwalunkwe adattament meħtieġ.

Min jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz?

Persuni li jesperjenzaw diffikultajiet minħabba l-kanċer u t-trattament tiegħu jistgħu jibbenefikaw minn interventi mill-OT. Dawn id-diffikultajiet jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

  • Tnemnim fl-idejn u/jew saqajn wara trattament ta’ kimoterapija
  • Uġigħ li jaffettwa l-abbiltà li twettaq il-kompiti ta’ kuljum
  • Diffikultajiet newroloġiċi
  • Diffikulta biex toqghod bilqiegħda u pożizzjonament
  • Qtugħ ta’ nifs li jaffettwa l-funzjoni u l-kwalità tal-ħajja
  • Inabbiltà li tikkonċentra u tipproċessa l-informazzjoni
  • Għeja u diffikultà fit-twettiq tal-kompiti ta’ rutina ta’ kuljum
  • Diffikultà biex torqod
  • Ansjetà

Kif tista’ tiġi riferut?

Kwalunkwe tabib jew professjonist tas-saħħa jista’ jirreferik għal servizzi ta’ Terapija okkupazzjonali. Tista’ wkoll tikkuntattja lid-dipartiment tal-OT jekk ikollok xi dubji u tiġi ggwidat kif jkun hemm bżonn.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.