Servizzi ta’ Ħidma Soċjali

Ħinijiet tal-Klinika

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07.30 – 15.00*

Appuntamenti f’ħinijiet oħra jistgħu jiġu rranġati. Huwa rakkomandabbli li jsir appuntament biex tkun assigurata d-disponibbiltà tal-ħaddiem soċjali.

Numri ta’ kuntatt

25452327 / 25452319

X’inhi l-Ħidma Soċjali?

Il-Ħidma Soċjali għandha l-għan li tifhem id-diffikultajiet tal-persuni fil-kuntest tal-ambjent soċjali tagħhom u biex tgħin lil dawn l-individwi jsibu s-saħħa biex isolvu dawn id-diffikultajiet.

Liema servizzi huma offruti mit-tim tal-Ħidma Soċjali?
It-tim tal-Ħidma Soċjali fiċ-Ċentru jista’ jappoġġa b’diversi modi, pereżempju billi jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom biex jaħdmu ma’ problemi emozzjonali, indeċiżjonijiet mediċi u deċiżjonijiet diffiċli. Il-Ħaddiema Soċjali jistgħu jgħinu wkoll fil-problemi prattiċi li l-pazjenti jiffaċċjaw fiż-żmien matul il-kura fl-sptar, bħal dawk marbuta mal-aspetti finanzjarji, ta’ akkomodazzjoni, legali u ta’ risistemazzjoni. Meta jkun meħtieġ, isiru żjarat fid-djar.

Il-Ħaddiema Soċjali huma impenjati li jipprovdu servizzi ta’ ħidma soċjali tal-isptar effettiv li jiffaċilita l-aħjar stat soċjali u emozzjonali fost il-pazjenti u dawk affettwati mill-mard tagħhom.

Min jista’ juża dan is-servizz?

Is-servizz huwa offrut kemm għal pazjenti ta’ ġewwa l-isptar u kemm għal dawk ġejjin minn barra.

Kif tista’ tiġi riferut?

Tista’ tiġi riferut minn kwalunkwe professjonist tal-kura tas-saħħa fiċ-Ċentru. Referenzi jiġu rċiveuti anke minn aġenziji jew organizzazzjonijiet oħra fil-komunità.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.