Aurora huwa servizz ta’ appoġġ disponibbli għall-pazjenti tal-onkoloġija, immexxi minn infermiera b’interess u kompetenza speċjali fl-onkoloġija. Bl-esperjenza tagħna f’dan il-qasam, flimkien ma’ professjonisti oħra, nimmiraw li nedukaw u nagħtu appoġġ lill-pazjenti tal-onkoloġija.
Ta’ kull ġimgħa norganizzaw Lezzjonijiet dwar il-Kimoterapija. Dawn il-lezzjonijiet jipprovdu lill-pazjenti li jkunu se jibdew il-kimoterapija b’informazzjoni meħtieġa biex jifhmu u jkampaw mal-effetti sekondarji tat-trattament. Jingħata wkoll ktejjeb lill-pazjenti kollha li jattendu l-lezzjoni. Tagħrif preċiż se jgħinek tħejji għall-kimoterapija, u biex tipprevjeni u tnaqqas l-effetti sekondarji.
Ikkuntattja lil Abigail Camenzuli fuq 25452486/79000495 jew fuq [email protected].
Segwina fuq Facebook.