Practice Nurse tal-Ematoloġija

Ħinijiet Kliniċi
Mit-Tnejn sal-Ħadd: 6:30 – 13:00

Numri ta’ kuntatt
25452655, 79847347

X’servizz huwa offrut mill-Infermier Prattiku tal-Ematoloġija?
L-Infermier Prattiku tal-Ematoloġija jipprovdi kura speċjalizzata lil pazjenti bil-kanċer tad-demm (emato-onkoloġija), u l-persuna/i ta’ fiduċja tagħhom. L-Infermier Prattiku tal-Ematoloġija jaħdem flimkien mal-Ematoloġisti u t-timijiet mediċi rispettivi tagħhom. Wara l-appuntament tiegħek mal-Ematologu, l-Infermier Prattiku tal-Ematoloġija jista’ jipprovdi informazzjoni u pariri lilek u lill-familja tiegħek dwar aspetti tal-marda, it-trattament u l-kura tiegħek. Il-mistoqsijiet u l-ħsibijiet kollha li jista’ jkollok huma importanti, allura jekk m’intix ċert dwar xi ħaġa, jekk jogħġbok staqsi.
Meta jkun xieraq, l-Infermier Prattiku tal-Ematoloġija jista’ jirreferik għal professjonisti oħra tas-saħħa jew organizzazzjonijiet esterni.

Infermier Prattiku tal-Ematoloġija jista’ jarak:
-L-unità tal-Ematoloġija,
-Outpatients klinika, jew
-Il-Kura ta’ Matul il-Jum.

Uħud mis-servizzi mogħtija huma:
-L-edukazzjoni tal-pazjenti u l-persuni li jieħdu ħsiebhom dwar il-kura u l-immaniġġjar tagħhom infushom waqt it-trattament
– L-edukazzjoni tal-pazjenti u l-persuni li jieħdu ħsiebhom dwar l-effetti sekondarji tal-kimoterapija, u azzjonijiet li jistgħu jittieħdu biex jikkontrobattu dawn l-effetti sekondarji
-Segwitu tal-pazjenti matul il-kors tal-mard
– Li tkun ‘punt ta’ kuntatt’
-Pariri u appoġġ lill-pazjenti u lil min jieħu ħsiebhom
-Segwitu wara t-trattament
-Kollegament ma’ professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa.

Min jista’ jagħmel użu mis-servizz?
Kwalunkwe pazjent adult li jkun ġie djanjostikat b’Lewkimja akuta jew kronika, Limfoma ta’ grad għoli jew baxx, Majeloma jew Sindromu Mijelodisplastiku jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz. Persuna/i ta’ fiduċja ta’ dawn il-pazjenti jistgħu wkoll jagħmlu użu mis-servizz.

Kif tista’ tiġi riferut għand l-Infermier tal-Prattika tal-Ematoloġija?
Riferiment lill-Infermier Prattiku tal-Ematoloġija jista’ jsir minn kwalunkwe professjonist fil-kura tas-saħħa, lilek innifsek jew lil min jieħu ħsiebek. Dan jista’ jsir jew billi timla l-formola ta’ referenza, jew billi tikkuntattja lill-Infermier tal-Prattika tal-Ematoloġija.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.