Outpatients

Fejn hu l-Outpatients fiċ-Ċentru?

L-Outptients tal-onkoloġija jinsab fis-Sular 1.

Ħinijiet tal-Klinika

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:00 – 16:00
Is-Sibt: 7:00 – 13:00

Numri ta’ kuntatt

25452410/1

Kif jopera l-Outpatients fiċ-Ċentru?

L-Outpatients tal-onkoloġija hu maħsub għal pazjenti adulti u tfal kollha li għandhom kanċer, jiġifieri ematoloġija u onkoloġija. Tim ta’ professjonisti tas-saħħa se jieħu ħsiebek waqt li tkun qed iżżur l-Outpatients tal-onkoloġija. L-appuntament tiegħek

Ematoloġija u Onkoloġija

Appuntamenti għal Każijiet Ġodda:

Wara li tkun riferut għall-Outpatients fiċ-Ċentru, isir arranġament biex tingħata appuntament mal-konsulent rispettiv.

Appuntamenti ta’ follow-up:

L-appuntamenti ta’ follow-up jsiru fl-Outpatients u tingħata ittra/e-mail bl-appuntament.

Tfal/Adolexxenti

Appuntamenti għal Każijiet Ġodda:

L-Onkologu Pedjatriku jara l-Każijiet Ġodda fis-Sala tal-Pedjatrija/Adolexxenti.

Appuntamenti ta’ follow-up:

L-Outpatients fiċ-Ċentru jilqa’ pazjenti tfal/adolexxenti għal appuntamenti ta’ follow-up biss.

X’għandi nġib miegħi għall-appuntament?

Għandek iġġib dawn li ġejjin għall-appuntament:

  • Karta tal-identità
  • Biljett il-blu tal-appuntament tal-isptar jew ittra bl-appuntament
  • Il-karta bl-iskeda V (il-karta s-safra) jew dokumenti oħra għal mediċini speċjalment jekk ikun meħtieġ it-tiġdid tal-permessi.
  • Kwalunkwe kopja ta’ immaġini mediċi jew dokumenti minn kliniċi privati jew sptarijiet oħrajn.
  • Pazjenti barranin (ID li tispiċċa b’A jew F): Kwalunkwe dokument relatat għall-intitolament

Persuni li jakkumpanjawk

Huwa rakkomandat li persuna waħda biss takkumpanjak għall-appuntament.

Tagħrif rilevanti ieħor

Huwa importanti li inti tirrispetta l-ħin imniżżel fl-ittra tal-appuntament. Filwaqt li nixtiequ li inti tiġi nvistat fil-ħin, għandek tifhem li, minħabba ċirkustanzi mhux previsti, jista’ jkollok bżonn li tistenna għal xi zmien qabel ma tkun moqdi.

Tibdil fl-appuntament

Jekk appuntament ikun jeħtieġ kanċellazzjoni, il-pazjenti u/jew il-qraba għandhom ġentilment iċemplu fuq 2545 7000 malajr kemm jista’ jkun sabiex ikun jista’ jiġi organizzat appuntament alternattiv.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.