Ħinijiet Kliniċi
Mit-Tnejn sal-Ħadd: 7am-2pm
Numri ta’ kuntatt
79000443
Liema servizzi huma offruti mill-Focal nurse fir-Radjoterapija?
Fid-dipartiment tar-Radjoterapija, wieħed jista’ jsib is-servizz tal-Focal nurse fir-radjoterapija. Il-Focal nurse se tarak qabel ma tibda r-radjoterapija u tindirizza il-mistoqsijiet tiegħek marbuta mat-trattament. Se tiġi segwit ukoll matul it-trattament u fil-perjodu ta’ wara t-trattament. Dan se jgħin lilek u lill-qraba tiegħek biex tiksbu għarfien aħjar. Matul jew wara t-trattament tar-radjoterapija, jistgħu joħorġu xi effetti sekondarji. Il-Focal nurse tista’ tgħinek biex tieħu ħsieb dawn l-effetti.
Il-Focal nurse se tiżgura li int tkun konxju tas-servizzi disponibbli u se tgħinek biex taċċessahom meta meħtieġ. Tista’ ukoll tirreferik għal membri oħra tat-tim.
Min jista’ jagħmel użu mis-servizz?
Il-pazjenti kollha li qed jirċievu trattament bir-radjuterapija jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Kif tista’ tiġi riferut għand infermier Fokali?
Tista’ tiġi riferut mill-professjonisti kollha tal-kura tas-saħħa.