Fiżjoterapija

Ħinijiet tal-Klinika

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
8.00-14.00

Nhar ta’ Sibt
8.00-11.00

L-ebda sessjoni ma’ ssir nhar ta’ Ħadd u jew f’Festi Pubbliċi

Numri ta’ kuntatt – 25452300/9

X’jagħmel id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija?

Id-dipartiment tal-fiżjoterapija joffri s-servizzi tiegħu lill-pazjenti rikoverati fl-isptar u dawk li ġejjin minn barra li jgħaddu minn limitazzjonijiet fiżiċi minħabba l-kanċer u/jew it-trattament tiegħu. Il-fiżjoterapija tista’ tgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja billi timmasimizza l-abbiltà u l-indipendenza funzjonali u fil-ġestjoni ta’ sintomi bħal uġigħ, għeja u qtugħ ta’ nifs. Il-fiżjoterapista se jivvaluta l-ħtiġijiet tiegħek u flimkien se tifformulaw għanijiet realistiċi biex jintlaħqu. Is-sessjonijiet tat-trattament huma mfassla skont kif tkun qed tħossok f’dik il-ġurnata.

Liema servizzi huma offruti mid-dipartiment tal-Fiżjoterapija?

Noffru servizzi kemm għal pazjenti ta’ ġewwa l-isptar u kemm għal dawk ġejjin minn barra. Is-servizzi tagħna jkopru pazjenti tal-kanċer adulti u tfal. Id-dipartiment għandu wkoll servizz ta’ linfoedima apposta.

Min jista’ juża dan is-servizz?

Kwalunkwe pazjent tal-kanċer li jkollu limitazzjonijiet fil-mobbiltà minħabba l-kanċer u t-trattament tiegħu jista’ jiġi riferut għall-fiżjoterapija. Tista’ tibbenefika mill-fiżjoterapija jekk tesperjenza kwalunkwe minn dawn il-problemi:

  • Dgħufija tal-muskoli
  • Ċaqliq limitat tal-ġogi eż. nuqqas ta’ ċaqliq tal-ispalla fil-pazjenti li jkunu ġew ikkurati għall-kanċer fis-sider
  • Problemi ta’ mobbiltà, bħal mixi u biex toħroġ mis-sodda
  • Linfoedima: nefħa fid-dirgħajn jew fir-riġlejn wara l-kura kontra l-kanċer
  • Għeja u qtugħ ta’ nifs
  • Uġigħ
  • Jekk tkun se tibda’ il-kura tal-kanċer: Sessjoni preventiva biex tgħin l-funzjoni fiżika tiegħek u biex tnaqqas ir-riskju jew tillimita is-sintomi assoċjati mal-kura.

Is-servizz jgħin u jappoġġja wkoll lill-qraba tal-pazjenti b’tekniki ta’ kif tqandel pazjent u kif tista tmexxiħ.

Kif tista’ tiġi riferut?

Ġentilment itlob lit-tabib jew nurse navigator tiegħek għal nota ta’ referenza jekk ikollok bżonn tuża s-servizzi tagħna. Appuntament jista’ jiġi organizzat billi personalment tippreżenta nota ta’ referenza jew bit-telefon jew permezz ta e-mail [email protected]. Ikkuntattjana jekk tkun tixtieq tiċċekja jekk int tkunx tista’ tibbenefika miss-serivizz tal-fiżjoterapija.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.