Il-familja u l-ħbieb jistgħu jaqdu rwol importanti fl-appoġġ tal-pazjenti waqt il-waqfa tagħhom l-isptar. Iż-żjarat huma organizzati skont il-ħtiġijiet tal-pazjenti u r-rekwiżiti tas-sala, bil-għan li l-pazjenti jingħataw biżżejjed ħin biex jistrieħu u jirkupraw.
Mit-Tnejn sal-Ħadd:
11:30–13:00
15:00–20:00
Il-ħinijiet taż-żjarat jistgħu jvarjaw minn sala għal oħra. Il-viżitaturi għandhom jikkonsultaw mas-sala kkonċernata qabel iżuru u jsegwu kwalunkwe struzzjoni mogħtija mill-istaff tal-infermiera.
Huwa rrakkomandat li l-membri tal-familja u l-ħbieb jikkoordinaw iż-żjarat tagħhom biex jevitaw li jkun hemm aktar minn żewġ viżitaturi ħdejn is-sodda tal-pazjent fl-istess ħin.
Ġeneralment, tfal taħt it-12-il sena mhumiex permessi jżuru lill-pazjenti. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, din il-kwistjoni tista’ tiġi diskussa mal-maniġer tas-sala. Tfal li jitħallew iżuru jridu jkunu akkumpanjati u sorveljati minn persuna adulta.
Tista’ wkoll tara l-paġna tas-swali tagħna għan-numri ta’ kuntatt ta’ kull sala f’SAMOC.