FAQs

Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo jinsab fi:

Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo
Triq id-Donaturi tad-Demm
L-Imsida, MSD 2090
Malta

Barra d-daħla prinċipali hemm żona fejn wieħed jista’ jwaqqaf il-vettura għal waqfa qasira. Il-pazjenti u l-viżitaturi jistgħu jużaw il-parkeġġ ġenerali taħt l-art, li jipprovdi aċċess għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija permezz tal-pont li jgħaqqdu mal-Isptar Mater Dei. Hemm spazji tal-parkeġġ riżervati għal persuni li għandhom Blue Badge valida.

Hemm servizzi tat-trasport pubbliku disponibbli lejn l-Isptar Mater Dei, b’waqfiet tal-karozzi tal-linja li jinsabu fi ħdan il-kumpless tal-isptar.