Il-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi huma bir-restrizzjonijiet. Jekk jogħġbok kellem lill-infermiera tas-sala.
Numri ta’ Kuntatt – 25452310/1
Il-ġenituri jistgħu jċemplu f’kwalunkwe ħin tal-ġurnata jew ta’ bil-lejl u aħna se nagħmlu l-almu tagħna biex inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Fejn hi s-Sala tat-Tfal/Adolexxenti fiċ-Ċentru?
Is-sala tat-Tfal/Adolexxenti tinsab fis-Sular -1.
Min jiġi kkurat f’din is-sala?
Fis-sala tat-Tfal/Adolexxenti jiġu kkurati t-tfal u l-adolexxenti (sa 18 -il sena) li l-kundizzjoni tagħhom tkun teħtieġ l-għoti tal-kimoterapija, il-kontroll tas-sintomi, it-trasfużjonijiet tad-demm u l-għoti tal-kura paljattiva.
Min se jieħu ħsiebi?
Tim ta’ professjonisti se jkun qed jieħu ħsieb it-tifel jew tifla tiegħek. It-tim jikkonsisti minn Konsulenti Pedjatriċi u tobba, infermiera, persuni li jgħinu fil-paramediċina, u mis-servizzi ta’ appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali u psikologi). Għalliema tat-tfal tagħmel parti minn dan it-tim ukoll.
X’għandi nġib miegħi?
Il-ġenituri huma mitluba li jġibu magħhom il-ħwejjeġ tat-tfal. Peress li hemm il-faċilità ta’ kċina mgħammra b’microwave u forn, il-ġenituri jistgħu jġibu l-ikel tagħhom stess u jippreparawh frisk għat-tfal tagħhom. Hemm ukoll il-faċilità ta’ washing machine u tumble dryer. Il-ġenituri huma mitluba jġibu magħhom il-likwidu tal-ħasil.
Ħin tal-Ikel
Kolazzjon: 7.30-8.00 Ikla ta’ Nofsinhar: 11.30-12.30 Ikla ta’ Filgħaxija: 17.30-18.30