Huwa rakkomandat li tagħmel kuntatt mas-sala jekk ikun hemm xi tfal li jixtiequ jżuru qraba.
Numri ta’ kuntatt
Sala tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 – 25452400/1 Sala tal-Onkoloġija għall-Adulti 2 – 25452390/1
Fejn huma s-Swali tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 u 2 fiċ-Ċentru?
Is-Sala tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 u 2 jinsabu fl-ewwel Sular.
Min jiġi kkurat f’dawn is-swali?
Is-Swali tal-Onkoloġija għall-Adulti 1 j ipprovdu kura lill-pazjenti adulti. Pazjenti li jiddaħħlu f ’din is-sala jeħtieġu l-għoti ta’ kura (kimoterapija/ immunoterapija/ targeted therapy), radjuterapija, kontroll tas-sintomi, trasfużjonijiet tad-demm u kura paljattiva.
Min se jieħu ħsiebi?
Tim ta’ professjonisti se jkun qed jieħu ħsiebek. It-tim jikkonsisti minn konsulenti tal-onkoloġija u tobba, infermiera, Practice nurses, persuni li jgħinu fil-paramediċina u mis-servizzi ta’ appoġġ kliniku (fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, ħaddiema soċjali u psikologi).
X’għandi nġib miegħi?
Lista ta’ mediċini li qed tieħu bħalissa u l-medikazzjonijiet (jekk ikollok)
Kwalunkwe permess speċjali għal mediċini speċjali (Karta s-Safra/Karta l-Bajda)
Kwalunkwe nota medika (eż. ittra ta’ rilaxx mill-isptar)
Karta tal-identità
Dokumenti dwar id-dritt għal kura medika (jekk int barrani)
Oġġetti personali oħra bħal prodotti iġeniċi, xarbiet, ħwejjeġ ta’ taħt, ilbies tal-isptar u kwalunkwe oġġett personali.
Ħin tal-Ikel
Kolazzjon: 7.30-8.00 Ikla ta’ Nofsinhar: 11.30-12.30 Ikla ta’ Filgħaxija: 17.30-18.30
Il-professjonisti ser jiddiskutu miegħek jekk ikollokx bżonn xi dieta speċjali.